Head Injury in Children (Maltese)

11/06/2010 14:29

Habta fir-Ras

It-tfal sikwit jaqghu, iweggghu u jahbtu rashom. Kull habta fir-ras tista’ twassal ghal konsegwenzi serji. Il-genituri
ghandhom dejjem ikellmu lit-tabib ghall-parir, u jekk il-habta tkun qawwija, imorru l-emergenza jew icemplu ghall-
ambulanza.

Daqqa fir-ras tista’ tirrizulta f’concussion – it-tifel jintilef minn sensih ghal xi hin. Barra minn hekk, id-daqqa tista’
taghmel hsara fil-mohh u fil-vini madwar il-mohh, kif ukoll ksur tal-iskutella tar-ras. Jista’ wkoll jingema’ d-demm
fir-ras, anke sighat wara li tkun saret il-habta u jekk fuq barra ma jkun jidher xejn hazin. F’dan il-kaz, l-imgieba tat-
tifel tinbiden, jitheddel u jibda jintilef minn sensih. Peress li d-demm migmugh izid il-pressjoni fuq il-mohh, ikun
hemm bzonn intervent kirurgiku urgenti.

 X’Ghandek Taghmel

Jekk it-tifel ma ntilifx minn sensih u beka mill-ewwel, tista’ tqieghed cold pack ghal madwar kwarta fuq il-gundalla
(imma qatt fuq l-ghajnejn). Tista’ taghti paracetamol jew ibuprofen ghall-ugigh. Osserva sew x’jigri fuq 24 siegha, u
hallieh jilghab, jiekol u jorqod bhas-soltu. Toqghodx tqajmu mill-irqad jekk mhux fuq parir tat-tabib. Fittex l-ghajnuna
medika jekk jizviluppa xi sinjali kif jidher hawn taht.

Meta Tmur l-Isptar

Hu t-tifel l-emergenza jekk: 

. Jitheddel aktar mis-soltu u isir difficli biex tqajmu mill-irqad
. Jibqa’ jibki fit-tul
. L-imgieb tieghu tinbidel
. Jirremetti aktar minn darbtejn
. Taghtih accessjoni
. Jekk b’xi mod jibqa’ jinkwetak

Habta Qawwija

Jekk il-habta kienet qawwija (nghidu ahna waqgha mill-gholi hafna jew accident tat-traffiku), u jekk l-korrut mhux
f’sensih, iccaqalqux minn postu (li ma jmurx ikollu ksur f’ghonqu u taghmel hsara fis-sinsla tad-dahar). Jekk ikun qed
inixxi d-demm, applika bicca nadifa fuq il-ferita. Tipprovax tnaddaf il-ferita jew tnehhi xi oggett minnha (ghax tista’
izzid it-telf tad-demm). Jekk it-tifel hu f’senih ibqa’ l-hin kollu hdejh u ghamillu kuragg. Cempel mill-ewwel ghall-
ambulanza fuq in-numru tal-emergenza 112.

Prevenzjoni

. Thallix tfal zghar wehidhom fuq is-sodda, fil-cot bil-genb imnizzel, sufan, high chair jew nappy changer, lanqas
ghal mument wiehed.
. Ipprepara kollox hdejn in-nappy changer (hrieqi, wipes, ilbies) qabel tibda, biex ma jkollokx bzonn thalli lit-tarbija
wehidha.
. Ghamel xatba fit-tarag – kemm fuq kif ukoll isfel.
. Ara li hemm cint fuq il-bejt, u poggaman fit-tarag , l-landing u l-gallarija.
. Tuzax il-walker fit-tfal zghar.
. Orbot it-tfal zghar fil-high chair u pushchair.
. Thallix it-tfal jilghabu wehidhom fuq il-bejt jew postijiet ohra.
. Libbes il-helmet meta jkunu bir-rota jew skateboard.
. Ara li t-tfal ikunu marbutin kif suppost fil-karozza.
. Ghallem tfal akbar biex ma jaqbzux ghal rashom fil-bahar jekk ikun baxx jew jekk ma jafux kemm hu fond.

Minkejja il-mizuri kollha li nistghu niehdu, it-tfal xorta wahda jweggghu. Ghalhekk wiehed irrid joqghod lura minn
certi remarki iebsa lil dak li kien qed jiehu hsieb it-tifel meta wegga’. Minn jiehu hsieb it-tfal jaf kif dawn ikorru minn
taht ghajnjejk. Fortunatament il-bicca l-kbira ta’ dawn il-waqghat u korrimenti jghaddu bla problemi. “Tikber u tinsa,”
kienet tghidli ommi. Kellha ragun!

Dr Joseph MIzzi MD MRCP MRCPCH

Paediatrician

Mob 79551446

mailto:josephmizzi@onvol.net


aboutbabies@gmail.com