Problemi tal-Ikel fit-Tfal Zghar

11/06/2010 14:40

Problemi tal-Ikel fit-Tfal Zghar

Il-genituri u n-nanniet sikwit jinkwetaw izzejjed ghax jippretendu li t-tfal ghandhom jieklu aktar milli fil-fatt ghandhom bzonn. Tifel ta.sena u nofs ma jiekolx aktar minn meta kellu tminn xhur ghax wara sena t-tfal ma jibqghux jikbru daqshekk malajr (tarbija ta. tminn xhur izzid kilo f.xaharejn, filwaqt li toddler izid kilo f.sitt xhur).

It-tfal ghandhom aptit zghir ghax m.ghandhomx bzonn hafna ikel. It-toddlers jippreferu jigru u jilghabu l-gurnata kollha minflok jieklu.

It-toddlers m.ghandhomx bzonn ikel specjali, lanqas ghandhom jibqghu jinghataw ikel maghsur jew purè – huwa bizzejjed li l-ikel ikun imqatta f.bicciet zghar. It-toddlers jiehdu gost imissu u jilghabu bl-ikel; importanti li nhalluhom, avolju jiddelku, jhammgu hwejjighom u madwarhom! B.hekk jitghallmu jieklu wehidhom u jiggostaw l-ikel.

It-tfal zghar ghandhom jieklu bhal bqija tal-familja, sakemm l-ikel ma jkunx fih hafna melh jew zokkor (wara kollox hafna ikel mielah u helu mhux tajjeb ghal hadd). Evita vazetti ta. ikel u frott reklamati ghat-tfal. Ahjar mill-ikel frisk zgur m.hemmx.

L-Aptit tat-Tfal Zghar

It-tfal jieklu skond l-aptit, u l-aptit taghhom jinbidel minn zmien ghall-iehor. Kultant jghaddu minn perjodu li jieklu kulma jsibu; imbaghad jigi zmien li jieklu anqas. Meta jkunu morda, anke semplicement b.rih jew bl-imsaren, huwa normali li ma jieklu kwazi xejn. Offri ilma u halib, u ikel artab lit-tfal morda, imma qatt tisforzahom biex jieklu. L-aptit jerga. jigi wahdu meta jfiequ u jergghu
izidu l-piz li jkunu tiflu. M.hemmx bzonn ta. vitamini “biex jinfetahlu l-aptit”!

It-tfal jieklu jekk ikunu bil-guh; jekk ma jiklux ifisser li m.humiex bil-guh, u ghalhekk m.ghandhomx ikunu sfurzati jieklu bil-fors.

Hemm min jaghti lit-tfal snacks melhin (bhal boroz tal-crisps) jew helwin (bhal merendina jew cikkulata) biex “ta. lanqas jieklu xi haga”. Dan iwassal biex ma jkollhomx guh u aptit ghall-hin tal-ikel. Borza Twistees fiha 250 kalorija, li jfisser 1/5 tal-energija li toddler ghandu bzonn f.gurnata shiha.

L-istess jista. jinghad ghall-halib; jekk it-tfal jinghataw hafna halib, mhux ta. b.xejn ma jkollomx aptit jieklu. F.gurnata t-toddlers ghandhom jiehdu mhux izjed minn 600ml (20 ounces) halib, jigifieri zewg fliexken. Naturalment, ilma jistghu jixorbu kemm iridu. Forsi tghidli, “Imma jien naghtih il-halib ghax mill-bqija ma jiekol xejn!” Trid tibda tirraguna bil-kontra: it-tifel tieghek jiekol ftit ghax qed jixba bil-halib li taghtih. Naqqas il-halib, u biz-zmien jibda izid fl-ikel. Huwa sewwa li taghtih flixkun halib „follow-on. – mill-bqija, jista. jixrob halib frisk full-fat (3.5%) pasturizzat.

Ftakar li t-tfal kapaci jirregolaw kemm ghandhom bzonn jieklu skond l-aptit taghhom.

Ma jiekol xejn!

It-tifel tieghi ma jrid jiekol xejn? X.se naghmillu?.

Forsi l-kelma „xejn. hi ftit esagerata. Jekk tqis sewwa x.jiekol matul il-gurnata, issib li jiekol aktar milli tahseb, kemm fl-ammont kif ukoll fil-varjetà.

Kellem lit-tabib biex tkejjel u tizen lit-tifel. B.hekk tassiggura ruhek li qed jikber tajjeb. L-esperjenza ghallmitni li fil-bicca l-kbira,dawn it-tfal ikunu qed jikbru tajjeb avolja l-genituri jinkwetaw li m.humiex jieklu bizzejjed. Imma f.xi kazijiet, jekk it-tifel ma jkunx qed jikber kemm mistenni, ikun hemm bzonn isiru xi testijiet.

Ftit pariri prattici:

1. Illimita l-ammont ta. halib f.gurnata ghall-600ml jew anqas.
2. Matul il-gurnata offri snacks bhal yogurt, banana, gheneb, frawli, sandwich jew smootie (izda
taghtix ta. spiss boroz, gallettini, cikkulata jew helu iehor). Taghtix snacks qabel l-hin tal-ikel.
3. It-tfal zghar jimitaw lill-adulti; ghalhekk ara li t-tifel ipoggi mal-bqija tal-familja ghall-ikel (avolja
ma. jiekol xejn). Biz-zmien jithajjar jaghmel bhal kbar. Oqghod attenta mill-attitudni tieghek
ghall-ikel – kemm-il darba semghek tghid li dak jew dik ma thobbiex, jew tkemmex wiccek ghal
certu ikel. Hafna tfal „fussy. ghandhom wiehed mill-genituri „fussy. wkoll. . Ta. lanqas ghamel
ta. bir-ruhek li qed tiekol bil-qalb.
4. Ipprezenta ammont zghir ta. ikel fi platt tal-plastik, avolja bilkemm imissu jew joqghod jilghab
bih minghajr ma jduqu, jew ihammeg lilu nnifsu u madwaru. Meta jiddejjaq minnu, nehhih minn
quddiemu bil-kalma kollha, u halli lit-tifel jitlaq.
5. Tisforzahx jiekol bilfors, bl-ghajjat, dgergir, theddid jew wieghdi li wara taghtih il-helu. Lanqas
ghandek taljenah u tbellghalu l-ikel, jew tigri warajh mad-dar kollha, jew quddiem it-television,
biex forsi jiehu xi haga. Ghandu jiekol mal-familja fuq il-mejda (imma s-snacks jista. johodhom
fejn tixtieq).
6. Hafna toddlers ma jithajrux iduqu ikel gdid, u jehduh biss meta jsiru familjari mieghu. Tghidx li
certu ikel ma. jhobbux ghax ma missux l-ewwel darba; ibqa. pprezenta l-istess tip ta. ikel fil-
granet u gimghat ta. wara. Xi darba jithajjar imissu, iduqu, u fl-ahhar forsi jieklu u joghgbu. Ir-
ricerta turi li dawn it-tfal iridu jaraw l-istess ikel ghal ghaxar darbiet qabel jaccettawh. Accetta
wkoll il-fatt li jkun hemm ikel li tassew ma joghgbux; wara kollox hafna minnna l-adulti wkoll
ghandna l-gosti u preferenzi taghna (jien ma nhobbx il-kirxa u t-turnips).

Jiekol dejjem l-istess!

It-toddlers jghaddu minn zmien fejn l-ghazla tal-ikel tkun limitata hafna. Jaghmel granet jiehu l-ghagin bil-gobon biss, jew hobz bil-butir biss, jew chicken nuggets. Din hi haga normali. Wara xi zmien it-tifel ibiddel l-ikel favorit, u jerga. wara ftit iehor, jerga. jbiddel. Il-genituri m.ghandhomx ghalfejn jinkwetaw fuq hekk, imma xorta. ghandhom jibqghu jipprezentaw ikel differenti flimkien
mal-ikel favorit.

M.hemm ebda ikel li hu assolutament neccessarju, ghax ghal kull ikel tista issib alternattivi li fihom l-istess nutritenti. X'tista toffri minflok halib, haxix jew laham?

1. Il-halib hu importanti ghall-kalcju u l-protejini. Minflok halib tista toffri gobon, milk-shakes,
gelat, jogurt, custard, rikotta, gobon mahkuk mal-ikel, smootie tal-jogurt u frott.
2. Il-haxix jipprovdi hafna vitamini u fibra. Minflok haxix offri salads friski, sopop, frott, u meraq
tal-frott (frisk jew „no added sugar., sa nofs tazza kuljum). Il-baked beans ukoll fihom hafna
vitamini u fibra. Uza ghazz mas-sopop.
3. Il-laham ahmar hu sors ewlieni tal-hadid u protejini. Minflok laham ahmar offri cereali
(fortified), baked beans, ghazz, broccoli, brussel sprouts, hobz ismar, fwied u salamun. Il-
vitamina C fil-laring tghin biex il-musrana tassorbi l-hadid, waqt li l-kaffeina (fit-te. jew kafe.)
tfikxek. Il-laham ahmar jista. jinheba fiz-zalza tal-imqarrun il-forn jew burgers. Flixkun halib
kuljum halib „follow-on. ukoll fih hafna hadid.

Buon Apetit

Aktar minn kollox, thallix il-problema tal-ikel tiddominak u tohloq tensjoni zejda fik u fil-bqija tal-familja, specjalment fil-hin tal-ikel. It-tifel mhux se jmut bil-guh. Tisforzahx jiekol ghax altrimenti l-problema tibqa. sejra ghal xhur u snin. Ahjar ma jiekol xejn jew jiekol ftit fil-paci, milli tohloq xenata fuq il-mejda tal-ikel. Accetta lill-ibnek kif inhu, mhux kulhadd ghandu statura kbira u aptit kbir. Bl-attitudni tajba tal-genituri, it-tfal jitghallmu jieklu ikel varjat u jiehdu gost bih.

Written by:

Dr Joseph Mizzi MD MRCP MRCPCH

Paediatrician

Mob 79551446

mailto:josephmizzi@onvol.net


aboutbabies@gmail.com